TARXIEN R……………………. 2 ĦAMRUN S………………………1
Tarxien: A. Cassar, J. Wemmer, R. Rogac, D. Zerafa, M. Paolucci (M. Spiteri 90’), G. Aquilina, D. Falzon, A. Scicluna (R. Faria 72’), S. Radovanovic, A. De Barros, A. Nilsson
Ħamrun: M. Bartolo, A. Monticelli, E. Pepe, T. Caruana, S. Nayar, C. Henneberg, M. Ganci (R. Vella 82’), M. Gauci, N. Doding Priso, K. Micallef, K. Tulimieri (B. Schembri 57’)
Imwissija: A. Cassar 43’, A. De Barros 55’, A. Nilsson 76’, R. Faria 90’ (T) K. Tulimieri 31′, S. Nayar 37′, C. Henneberg 60’, K Micallef 66’, A. Monticelli 68’ (Ħ)
Skorjaw: G. Aquilina 32′, M. Paolucci 85′ (T) M. Ganci 44’ (Ħ)
Referee: Alan Mario Sant
Assistenti Referees: Edward Spiteri, Theodore Zammit
Il-Mument Plejer tal-Logħba: Anderson De Barros (Tarxien Rainbows)
Attendenza: 720
Rapport: Keane Cutajar
Tarxien irritornaw għar-rebħ b’gowl lejn l-aħħar tal-partita għad-danni ta’ Ħamrun li sofrew l-ewwel telfa tal-kampjonat u sofrew l-ewwel gowls kontra wara bidu pjuttost pożittiv taħt it-tmexxija ta’ Giovanni Tedesco. Logħba bilanċjata li setgħet marret kull naħa li fiha rajna żewġ deċiżjonijiet dubjużi minn naħa tat-terna arbitrali li sarrfu f’gowl kull naħa.
Ħamrun resqu viċin l-ewwel wara 20 minuta logħob meta Enrico Pepe sab ruħu fuq l-attakk u ltaqa’ ma’ kross mix-xellug, iżda minn mat-tieni lasta sab it-tentattiv bir-ras tiegħu salvat minn Andrea Cassar.
Tarxien fetħu l-iskor fit-32 minuta meta Anderson De Barros avvanza bil-ballun minn nofs il-grawnd, għadda lejn GABRIEL AQUILINA li ttanta xortih minn barra l-kaxxa, xutt li biddel id-direzzjoni meta kien imxellef minn Sebastian Nayar biex qarraq b’Manuel Bartolo.
Fit-42 minuta, Cassar ħareġ minn postu jtajjar minn fuq Tulimieri u deher jieħu l-ballun madanakollu r-referee Alan Mario Sant saffar għall-penalty fost il-protesti tat-Tarxiniżi. Mill-ħdax-il metru MASSIMO GANCI ma żbaljax.
Mas-siegħa logħob, wara korner, il-gowlkiper tar-Raibows b’xi mod irnexxielu jimblokka t-tentattiv lejn il-lasti bid-difiża ta’ Tarxien jirnexxielha tbiegħed il-periklu qabel setgħu jerġgħu jippruvaw l-attakkanti tal-Ispartans.
It-tim ta’ Jose Borg mar fil-vantaġġ fit-85 minuta meta MICHELE PAOLUCCI approfitta minn deċiżjoni dubjuża tar-referee li ħalla l-logħob għaddej anke jekk is-sostitut Ricardo Faria deher jiffawlja lid-difensur tal-Ħamrun. Il-ballun waqa’ għand it-Taljan li minn pożizzjoni komda xeħet wara Bartolo.
//= $special ?>