Persuni avviċinaw lil din il-kamra tal-aħbarijiet b’ritratti xokkanti hekk kif raġel, li persuni li jafuh qalulna li huwa Malti, jidher jixxabbat fi skip tar-riċiklaġġ tal-ħġieġ.
Il-każ seħħ fil-Birgu, fejn il-persuni li tkellmu magħna spjegaw li numru ta’ persuni, fosthom din il-persuna partikolari, qed jerġgħu jiġbru l-fliexken tal-ħġieġ sabiex idawruhom fi flus.
Qalulna li ħafna qed iduru għal dan il-metodu li kien komuni fil-passat biex ilaħħqu mal-ħajja hekk kif kull ċenteżmu jiswa’ mitqlu deheb għall-familji tagħhom. Qalulna li oħrajn qed jagħmlu dan biex jissostanzjaw il-vizzji.
//= $special ?>


