FLORIANA……………………….. 0 BIRKIRKARA……………………. 2
Floriana: I. Akpan, R. Ruiz, S. Pisani (D. Grima 82’), I. Varela, M. Vella (D. Agius 73’), C. Conceicao, C. Failla, J. Pisani, A. Cini, A. Oyama (C. Borg 84’), E. Marcellina
Birkirkara: K. Naumovski, D. Chapoval, M. Andelkovic, P. Fenech, K. Zammit (M. Beerman 55’), E. Ferreira Dos Santos, C. Attard, T. Agius (E. Herrera 55’), M. Franca De Siqueira, T. De Souza, M. Basrak (J. Grech 75’)
Imwissija: A. Cini 26’ (F) K. Zammit 13’, C. Chapoval 23’, J. Grech 90+4’ (B)
Tkeċċa: A. Cini 39’ (F)
Skorjaw: M. Andelkovic 88’, J. Grech 90+4’ (B)
Referee: Malcolm Spiteri
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Kristijan Naumovski (Birkirkara)
Attendenza: 1,187
Rapport: Keane Cutajar
Birkirkara rritornaw għar-rebħ u akkwistaw it-tielet rebħa tal-istaġun biex żammew il-pass ma’ ta’ quddiem, meta b’gowls lejn l-aħħar għelbu lil Floriana li issa tilfu tliet logħbiet minn erba’ f’bidu pjuttost negattiv għalihom dan l-istaġun.
Luis Oliveira għażel li joħroġ bl-istess formazzjoni li biha rebaħ l-ewwel partita tal-istaġun fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fir-ritorn tiegħu bħala kowċ tal-Greens. Nieqes mill-formazzjoni ta’ Paul Zammit fost oħrajn kien hemm il-captain tat-tim nazzjonali Malti, Michael Mifsud. Għalihom daħal lura minn sospenzjoni Cain Attard.
Fill-11-il minuta Floriana protesaw għall-penalty meta Juninho Cabral kien dieħel waħdu ma’ Kristijan Naumovski, tawwal xi ftit il-ballun u kien imniżżel fil-kaxxa mid-difensuri ta’ Birkirkara u mill-gowlkiper, iżda r-referee Malcolm Spiteri nnota li l-ewwel li ntmess kien il-ballun u ħalla kollox għaddej.
Naumovski kien stupend salva l-free-kick dirett ta’ Cabral fl-24 minuta, free-kick li deher destinat fir-rokna tax-xibka iżda Floriana ħadu biss korner wara l-bravura tal-Maċedonjan. Floriana sfaw jilagħbu b’għaxra meta kien għad fadal madwar ħames minuti mill-ewwel taqsima wara li Alex Cini waqqa’ lil Marcelo Franca De Siqueira mal-linja, b’Malcolm Spiteri juri lid-difensur it-tieni karta safra.
Ini Akpan salva r-rovexxjata ta’ Franca De Siqueira meta kien għad fadal kwarta logħob. Ftit wara, bi ftit diffikultà, Naumovski dawwar f’korner ix-xutt kross ta’ Ingnacio Varela. Fit-80 minuta, is-sostitut Daniel Agius qabeż lid-difensur tal-Istripes u ttanta xortih mill-viċin Naumovski iżda sab lill-gowlkiper attent li mblokkalu tajjeb x-xutt minn pożizzjoni angolata.
Meta kien għad fadal ħames minuti minn tmiem il-partita, is-sostitut Jake Grech prova dirett minn free-kick iżda attent kien Akpan li niżel isalva biex żamm l-iskor momentarjament f’parita’. Il-gowl tar-rebħa wasal fit-88 minuta meta l-captain MISLAV ANDELKOVIC spara xutt bid-dawra minn barra l-kaxxa li baqa’ dieħel fir-rokna tax-xibka.
Fl-aħħar sekondi tal-logħba rajna tliet azzjonijiet infila li f’waħda minnhom Birkirkara skorjaw it-tieni gowl. L-ewwel, Jake Grech waħdu ma’ Akpan ra x-xutt tiegħu salvat, imbgħad kien Naumovski li reġa’ salva lil sħabu b’save brillanti fuq id-daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Jurgen Pisani, biex ftit sekondi wara JAKE GRECH għalaq il-partita b’gowl mill-kaxxa wara li d-difiża Furjaniża nqabdet fuq sieq waħda.
//= $special ?>