Basketball Sport

It-Tazza Indipendenza tan-nisa tintrebaħ minn Starlites

(Ritratt: Martin Agius)

It-Tazza Indipendenza tan-nisa ntrebħet minn Starlites GIG li fil-finali għelbu lil Depiro 46-38. L-istess bħal ma seħħ fil-kompetizzjoni tal-irġiel iż-żewġ timijiet lagħbu s-semifinali fl-istess ġurnata. Starlites għelbu lil Hibernians 53-49 filwaqt li Depiro rebħu 47-44 kontra Caffe Moak Luxol f’żewġ logħbiet missielta.

Minn dan l-istaġun dawn se jkunu t-timijiet li se jilagħbu fil-kampjonat minħabba li t-tim ta’ Gżira Athleta sfaxxa. Starlites rebħu l-ewwel perjodu 24-13 u minkejja li Depiro rebħu t-tieni perjodu 25-22 ma kienx biżżejjed biex isalvaw il-logħba.

Stephanie De Martino temmet il-logħba bħala l-aqwa skorer b’16-il punt, Josephine Grima ta’ Starlites kienet l-aqwa skorer tat-tim tagħha bi 13-il punt, filwaqt li Ashley Nicole Gray ta’ Depiro bi 11-il punt u Patricia Arguello ta’ Starlites b’10 punt segwew.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Ryan Callus flimkien mal-President tal-MBA Paul Sultana u mal-President u Segretarju ta’ Tim Sport PN Robbie Ebejer u Andrè Muscat rispettivament, preżentaw il-midalji u x-shield lill-plejers ta’ Starlites.