Raġel mill-Gambja nżamm arrestat wara li kien akkużat li s-Sibt filgħodu offra d-droga kannabis lil pulizija li kien off-duty f’Paceville.
Il-pulizija sejjaħ minnufih għall-għajnuna tal-pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan. Dak il-ħin is-suspettat, Mahammed Galiga ta’ 20 sena telaq jiġri minn fuq il-post. Il-pulizija u sħabu marru jiġru warajh u s-suspettat dak il-ħin rema’ d-droga li kellu fuqu. Huwa beda wkoll iwaddab ġebel fid-direzzjoni tagħhom.
Mohammed Galiga ġie arrestat u l-Ħadd tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia. Hu wieġeb mhux ħati li ttraffika d-droga u li kkaġuna feriti ħfief fuq żewġ persuni. Wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu, baqa’ jinżamm arrestat.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Matthew Spagnol filwaqt li l-Avukat Mark Mifsud Cutajar deher għall-akkużat.
//= $special ?>