L-awtoritajiet f’Panama ħabbru li kienu bdew il-proċeduri biex il-vapur Aquarius ma jkomplix itajjar il-bandiera tal-Panama.
Dan minħabba nuqqas ta’ rispett mis-sidien tal-vapur għall-proċeduri internazzjonali legali.
Il-vapur Aquarius hu impenjat fis-salvataġġ ta’ immigranti fil-Mediterran, speċifikament dawk li jkunu qed ibaħħru mil-Libja.
F’Awwissu passi simili kienu ttieħdu minn Ġibilta u minħabba f’hekk il-vapur kien dam kważi tlett ġimgħat trakkat fil-port Franċiż ta’ Marsilja sakemm irreġistra taħt il-bandiera tal-Panama.
Il-vapur ilu jitmexxa mill- SOS Mediterranee u t-Tobba Mingħajr Fruntieri mill-2016.
//= $special ?>