Misjuqa minn Rodney Gatt, l-Iżvediża Lajos Cella rebħet it-tiġrija ewlenija li saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier u għamlet parti mill-41 laqgħa tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Intant Gatt temm l-aħjar sewwieq b’erba’ rebħiet.
Fit-tiġrija tal-aqwa klassi ħadu sehem b’kollox erbatax–il żiemel. Zonguldak (Salvu Cutajar) kien l-aktar veloċi wara l-karozza tat-tluq. Minnufih dan fetaħ vantaġġ żgħir minn Lajos Cella (Rodney Gatt) u Quartz De Vindecy (Carmelo Farrugia). Madanakollu meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali, Zonguldak deher inaqqas mill-ġiri. Dlonk approfitta Gatt b’Lajos Cella li qasmet il-linja finali l-ewwel minn Brigadoon (Julian Farrugia) u l-ġdid Żvediż Global Oracle (Noel Baldacchino).
Debuttant ieħor minn Franza, Versasco (Michael Ellul, temm fir-raba’ pożizzjoni. Il-ħames rebħa tas-sena ta’ Lajos Cella waslet f’medja ta’ 1.15.3” fil-kilometru.
Il-laqgħa nkludiet ukoll żewġ tiġrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel waħda, attakk mibdi fuq in-naħa ta’ barra 300 metru mil-linja finali wassal lil Unit Price biex jieħu l-ewwel rebħa f’pajjiżna. Dan b’erba’ tulijiet vantaġġ minn Un As Du Landais (Jeffrey Said) u Turnover (Anton Cassar).
Ton Ami Du Prieur (Herman McKay). U. Two Swing (Sam Cassar), li okkupa l-ewwel pożizzjoni għal parti twila tad-distanza waqt it-tieni tiġrija Gold, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali meta nqabeż mir-rebbieħ, id-debuttant Black Jack B. (Rodney Gatt). Baron Herold (Chris Grech) u Swing Du Domaine (Redent Magro) kellhom ukoll pjazzament pożittiv.
Fl-ewwel minn żewġ tiġrijiet tal-klassi Silver, Vasquez Bob (Jesmar Gafà) akkwista l-ewwel rebħa staġjonali wara li żied fil-pass matul l-aħħar 700 metru. Dan rebaħ faċilment bi tnax-il tul quddiem Roi Des Couperies (Paul Galea). Differenti kienet it-tieni tiġrija mill-istess klassi, b’Velvety Ranais (Rodney Gatt) iżomm l-ewwel post tul id-distanza kollha biex irreġistra l-ewwel rebħa fi xtutna.
Ir-rizultati kollha
I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Akemi (C. Refalo) Ħin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Duc d’Haufor (R. Magro) 3. Pepita Ans (D. Attard) 4. High Handed (T. Demanuele)
II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Faro Sue Heikant (R. Gatt) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. As De Coeur (N. BaldaccĦino) 3. Takoto (W. Borg) 4. Trazom (W. Cutajar)
III Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140. 1. Sire Le Roi (J. Farrugia) Ħin – 2.48” (1.18.5”) 2. Sillon Du Breuil (M. Ellul) 3. Altesse Atout (A. Farrugia) 4. Very Much Quick (R. Gatt)
IV Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Unit Price (R. Magro) Ħin – 2.43.6” (1.16.5”) 2. Un As Du Landais (J. Said) 3. Turnover (A. Cassar) 4. Ton Ami Du Prieur (H. McKay)
V Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Vasquez Bob (J. Gafà) Ħin – 2.43.4” (1.16.3”) 2. Roi Des Couperies (P. Galea) 3. Vasco De Montmarce (C. Calleja) 4. Tempo d’Ecajuel (R. Gatt)
VI Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Black Jack B. (R. Gatt) Ħin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. U.Two Swing (S. Cassar) 3. Baron Herold (Ch. Grech) 4. Swing Du Domaine (R. Magro)
VII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Lajos Cella (R. Gatt) Ħin – 2.41.2” (1.15.3”) 2. Brigadoon (J. Farrugia) 3. Global Oracle (N. Baldacchino) 4. Verzasco (M. Ellul)
VIII Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Velvety Ranais (R. Gatt) Ħin – 2.46.2” (1.17.6”) 2. Tjurkults Dealer (C. Camilleri) 3. Vasco Du Chateau (M. Ellul) 4. Valman De Joflo (A. Vella)
//= $special ?>