Aktar tard dan ix-xahar mistennija li tingħata l-ħatra lil żewġ Assistenti Kummissarji oħra fil-Korp tal-Pulizija. Dawn mistennija jkunu Anthony Cassar u Michael Mallia.
Dan ifisser li mill-grupp oriġinali ta’ Supretendenti li kienu għaddew għall-kariga ta’ Assistenti Kummissarji, se jibqgħu pendenti biss Kenneth Haber u Frans Micallef.
Ftit tax-xhur ilu diġà nħatru għadd ta’ Assistenti Kummissarji li mhux kollha għadhom fil-ħatra tagħhom, fosthom għaliex kien hemm min dabbar rasu mill-Korp biex iħares u jipproteġi l-pensjoni tiegħu tas-Servizz.
Sorsi li tkellmu ma’ il-mument qalu li ma jistgħux jifhmu kif fil-ħatra ta’ Supretendenti kienu saru dsatax-il promozzjoni meta oriġinarjament kien hemm maħsuba għaxar promozzjonijiet biss, u issa għall-kariga ta’ Assistenti Kummissarji mhux se jimtlew il-vakanzi kollha.
Fil-kariga ta’ Supretendenti fejn kellhom isiru għaxar promozzjonijiet, kien hemm terzi li ġew aktar ‘l isfel li xi ħadd ried li jkunu aġevolati xorta waħda kif fil-fatt ġara. Il-ħatriet il-ġodda mistennija jingħataw matul din il-ġimgħa, x’aktarx fil-25 ta’ Settembru.
//= $special ?>