Lokali

115-il borża ta’ skart miġbura

Nhar is-Sibt 22 ta’ Settembru, 115-il borza tal-iskart inġabret f’attività ta’ tindif organizzata minn Robert Cutajar, il-Whip Parlamentari tal-PN.

F’diversi żoni fosthom Ġnien Ingraw, is-Selmun, l-Aħrax, ix-Xemxija u l-Mistra, inġabar numru kbir ta’ skart li kien mormi b’mod irresponsabbli minn xi individwi.

Fost il-materjal miġbur kien hemm injam, ħadid, tyres flimkien ma’ materjal ieħor.

Għal din l-attivita’ ħadu sehem madwar 60 persuna. Fost dawk li pparteċipaw kien hemm ukoll l-iscouts tal-Mellieħa.

Apparti t-tindif tul il-ġurnata, tħawlu wkoll siġar fil-park tal-familja tal-Mellieħa u kif ukoll fiż-żona minn fejn jaħdmu l-iscouts tal-Mellieħa bħala parti mill-attivita’ organizzata minn Robert Cutajar.