Lokali

Adrian Delia f’laqgħa mal-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia t-Tnejn iltaqa’ mal-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti Glenna Kathleen Hill li din il-ġimgħa jiġi fi tmiemu t-terminu tagħha bħala Ambaxxatriċi għal Malta.

Tul il-laqgħa, Adrian Delia u Glenna Kathleen Hill tkellmu dwar ix-xewqa tagħhom li jkomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi. Tkellmu wkoll dwar il-politika barranija u dak li qed jiġri fid-dinja. Filwaqt li ġiet riaffermata l-istima u l-ħbiberija reċiproka u kontinwa, il-Kap tal-Oppożizzjoni awgura lill-Ambaxxatriċi fil-passi futuri tagħħha.

Preżenti kien hemm il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carm Mifsud Bonnici u s-Segretarju Internazzjonalis tal-Patit Nazzjonalista Rosleyn Borg Knight.