Għawdex Lokali

Għawdxi ferut gravi wara ġlieda fix-Xagħra

L-Għassa tal-Pulizija fir-Rabat Għawdex
Il-vittma hu raġel ta' 58 sena

Il-ħemda tax-Xagħra inkisret għal kollox ilbieraħ bil-lejl meta faqqa’ argument bejn żewġ Għawdxin. Il-każ seħħ fi Triq 28 t’April 1688 għall-ħabta tal-10:50pm.

Fl-argument kienu involuti raġel ta’ 45 sena u ieħor ta’ 58 sena, b’dan tal-aħħar ikollu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’urġenza wara li qala’ daqqa ta’ oġġett iebes. Ir-raġel l-ieħor weġġa’ ħafif.

Il-Pulizija t’Għawdex għaddejja b’aktar investigazzjonijiet dwar dan il-każ.