Iċ-champions lokali Valletta ħabbru li waslu fi ftehim ma’ Sanban Business Investment biex dawn tal-aħħar jinvestu fil-klabb Belti.
Il-President ta’ Valletta Victor Sciriha qal li din hi ġurnata storika għall-klabb u sostna li dan il-ftehim se jkun ta’ ġid għall-klabb. Hu qal li dan hu l-uniku mod kif il-klabb jista’ javvanza, b’investituri ta’ dan it-tip.
Sciriha żied li hu u l-kumitat tiegħu jinsabu onorati li għalqu dan il-ftehim u saħaq li kien aktar tort ta’ Valletta FC li l-ftehim ma ġiex konkluż qabel.
“Inwiegħed li b’dawn in-nies se nagħmlu affarijiet kbar ħafna. Aħna konna dejjem l-għira tal-klabbs l-oħra u nista’ nassigurakom li l-klabbs l-oħra se jkunu aktar għajjura minn.” Sciriha temm id-diskors tiegħu billi qal “Il-kbir għadu ġej Forza Valletta City.”
Mohamed Al Fahim qal li huma qegħdin f’dan l-istadju biex jassiguraw suċċess u ħabbar li akkwistaw Direttur Sportiv u plejers. Hu kompla li jridu jagħmlu ċert li Valletta javvanzaw fl-Ewropa, jilagħbu fiċ-Champions League u jilagħbu kontra l-aqwa timijiet.
//= $special ?>