Internazzjonali Kurżitajiet

Miraklu? San Filep f’Agira “jidher jegħreq bl-għaraq”

Il-fenomenu mhux l-ewwel darba li seħħ, imma kien inżamm mistur

Numru kbir ta’ pellegrini qed iżuru l-vara tal-injam ta’ San Filep f’Agira wara li fi tmiem il-ġimgħa seħħ fenomenu stramb ħafna – il-wiċċ tal-qaddis deher qed jgħereq bl-għaraq, u l-parruċċjani bdew jgħajjtu li dan kien “miraklu”.

Il-fenomenu inġibed ukoll fuq video minn xi nies li kienu preżenti, u seħħ fil-knisja magħrufa bħala Chiesa dell’Abbazia.

L-Isqof tad-Djoċesi qed jitlob kawtela kbira quddiem dan il-każ.

Agira hi belt fi Sqallija li għandha popolazzjoni ta’ kważi 9,000 ruħ.