Il-Pulizija Fillandiża wettqet ħidma kbira fin-naħa t’isfel tal-pajjiż fi tfittija estensiva dwar kumpaniji suspettati fi kriminalità finanzjarja fosthom ħasil ta’ flus li ttlaħħaq l-€10 miljun.
Dan kien rrapurtat mill-ġurnal Fillandiż YLE, li jgħid li waħda mill-kumpaniji li qiegħda tiġi investigata, imsejħa Airiston Helmi, hija mmexxijja minn Russu ta’ 54 sena li għandu passaport Malti.
Hekk kif ġie irrapurtat jidher li 3 min-nies ġew arrestati b’rabta ma’ din l-organizzazzjoni kriminali. Il-ġurnal YLE żvela illi hemm possibbiltà kbira li hemm rabta bejn Airiston Helmi u skema massiva ta’ ħasil ta’ flus li qed issir anke b’mod internazzjonali.
Sorsi tal-istess ġurnal qalu illi t-tfittxija li seħħet mill-Pulizija tindika li qed jinvestigaw il-bejgħ tal-propjeta’ tal-kumpanija.
//= $special ?>