Bħala parti mill-Festival Science in the City, nhar il-Ġimgħa filgħaxija, Greenhouse Malta se ttella’ show bl-isem ta’ Orkidea.
Greenhouse hi NGO Maltija bbażata fuq riċerka dwar l-ambjent ta’ madwarna. Din l-NGO tiġbor informazzjoni dwar l-orkidea ta’ Malta. OrkiDEA mhix biss se tintroduċi lill-pubbliku għall-orkidej Maltin, li l-maġġoranza tagħhom x’aktarx ma kinux jafu bihom, iżda se tqajjem iktar kuxjenza favur l-ambjent ta’ pajjiżna. Greenhouse temmen bis-sħiħ li l-informazzjoni biss ma twassalx għal bidla fl-imġieba. Huma tweġibiet emozzjonali li joħolqu l-bidla. Apparti dan, Greenhouse Malta bdew proġett ta’ riċerka estensiv imsejjaħ ‘Akustika’, li jistudja l-10 speċi ta’ friefet il-lejl li jinstabu Malta fosthom il-farfett il-lejl, Widnet il-Gurdien tal-Magħreb u l-Pipistrell ta’ Kuhl.
Ix-show se tkun f’forma ta’ teatru immersiv li jinkludi taħlita ta’ żeffiena, atturi u shadow puppetry. Orkidea tirrakkonta storja ta’ karattru li jiltaqa’ ma’ naħla fil-ħolm tiegħu. Din in-naħla tgħallimna kif jekk ir-relazzjoni li għandna aħna man-natura nirrispettawha, in-natura tkun tista’ tikber.
Orkidea se tittella’ nhar il-Ġimgħa fis-City Light Cinema fil-Belt Valletta. Il-wirjiet se jkunu fis-7.30, fid-9:00 u fl-10:30 ta’ filgħaxija. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fuq is-sit ta’ facebook ta’ Greenhouse Malta.
//= $special ?>
