Lokali

58 immigrant ieħor deħlin Malta

58 immigrant abbord il-bastiment MV Aquarius se jkunu qed jiġu trasferiti fuq bastiment Malti fl-ibħra internazzjonali u se jiddaħlu Malta.

L-immigranti abbord mistennija jitilqu l-pajjiż wara li jinżlu f’pajjiżna b’distribuzzjoni b’pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea.

Din l-operazzjoni qed issir f’inizzjativa b’għaqda mal-Gvern Franċiż.

Fi stqarrija l-Gvern Malti stqarr illi l-operazzjoni se sseħħ hekk kif din tkun loġistikament possibbli.

L-Aquarius spiċċa f’nofs kontroversja wara li l-Panama rtirat il-permess li dan itajjar il-bandiera tagħha. Dan seħħ wara ilment uffiċjali mill-Italja minħabba l-aġir tal-vapur. Dan is-Sajf il-vapur kien spiċċa f’sitwazzjoni simili wara li Ġibilta rtirat il-persss li l-vapur jtajjar il-bandiera tagħha wara li kien nqala’ l-inkwiet mal-Italja minħabba l-iżbarki tal-immigranti.

Dan ifisser li issa la l-vapur jidħol f’port ma jkunx jista’ jbaħħar sakemm jirreġistra taħt bandiera oħra.