Lokali

AĠĠORNATA: Tifla ċkejkna titlef ħajjitha wara li waqgħet 4 sulari

Tifla ta’ sena u ħames xhur ta’ nazzjonalità barranija tilfet ħajjitha f’inċident traġiku  wara li aktar kmieni illum waqgħet f’xaft. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm fi Triq il-Lampara, f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Net News huwa infurmat li t-tifla waqgħet għoli ta’ madwar 4 sulari f’residenza privata, għalkemm sorsi oħra qalulna li x-xaft jista’ jkun illi ma kienx daqstant għoli.

It-tifla ngħatat s-CPR fil-post u ttieħedet l-isptar Mater Dei b’urġenza permezz ta’ ambulanza.

Madanakollu, sfortunatament it-tifla tilfet il-battalja mal-mewt aktar tard.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Caroline Farrugia Frendo, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.