Ir-riserva ta’ Ferrari Antonio Giovinazzi se jkun qed isuq ma’ Sauber l-istaġun li ġej biex it-tim għaqqad il-lista tiegħu wara li ftit jiem ilu tħabbar li Kimi Raikkonen se jirritorna mal-klabb.
Giovinazzi se jieħu post Charles Leclerc, biex ġew konfermati spekulazzjonijiet li Raikkonen fil-fatt ħa post Marcus Ericsson. Ericsson li ilu jsuq ma’ Sauber mill-2015 issa jrid jissielet biex isib post ma’ xi tim għall-istaġun li ġej.
Giovinazzi qal li għalih hi ħolma li saret realtà hu saħaq li bħala Taljan hu unur għalih li jappreżenta marka ikonika u ta’ suċċess bħal Alfa Romeo. Giovinazzi għamel id-debutt fil-Formula 1 ma’ Sauber fil-Grand Prix tal-Awstralja, fejn kien ħa post l-imweġġa’ Pascal Wehrlein u temm fit-12-il post.
Hu se jkun l-ewwel sewwieq Taljan b’mod regolari minn meta Jarno Trulli u Vitantonio Liuzzi ħallew il-Formula 1 fi tmiem l-2011. Giovinazzi ħa sehem f’żewġ sessjonijiet ta’ prattika ma’ Sauber dan l-istaġun fil-Ġermanja u l-Ungerija, u hu mistenni li jieħu sehem ukoll din il-ġimgħa fir-Russja.
Is-sewwieqa sa issa għall-istaġun li ġej
Mercedes Lewis Hamilton Valtteri Bottas
Ferrari Sebastian Vettel Charles Leclerc
Red Bull Max Verstappen Pierre Gasly
Renault Daniel Ricciardo Nico Hulkenberg
McLaren Carlos Sainz Lando Norris
Sauber Kimi Raikkonen Antonio Giovinazzi
Timijiet li għadhom mingħajr sewwieqa: Haas, Force India, Toro Rosso, Williams
//= $special ?>