Internazzjonali

Bill Cosby ikkundannat sa 10 snin ħabs

Il-komiku Bill Cosby ġie kkundannat bejn tlieta u għaxar snin priġunerija hekk kif instab ħati li abbuża sesswalment minn mara aktar minn għaxar snin ilu.

L-attur ta’ 81 sena ġie kkategorizzat bħala predatur sesswali vjolenti, jiġifieri ser ikollu jieħu l-għajnuna għal kumplament ta’ ħajtu filwaqt li jitniżżel f’reġistru.

Minn meta l-ewwel vittma ta’ Cosby marret tirrapportah għand il-Pulizija lura fl-2005 – aktar minn sittin mara s’issa akkużaw lil Cosby b’aġir simili.