Inter kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fis-Serie A meta għelbu lil Fiorentina 2-1 biex b’hekk laħqu lill-istess tim b’10 punti daqs Sassuolo wkoll. Logħba li fiha Inter kellhom aktar inizjattiva fl-ewwel taqsima, iżda wara li Fiorentina ġabu d-draw, kellhom xi okkażjonijiet li setgħu marru minn fuq.
It-tim ta’ Spalletti, li kien fuq il-bank wara li tneħħiet is-sospensjoni li kellu, mar fil-vantaġġ qabel tmiem l-ewwel taqsima meta ngħataw penalty permezz tal-VAR wara li kross ta’ Antonio Candreva ħabat ma’ id Vitor Hugo. Mill-11-il metru MAURO ICARDI skorja l-ewwel gowl f’dan il-kampjonat b’xutt fil-baxx għar-rokna.
Fiorentina ġabu d-draw fit-53 minuta bix-xutt ta’ Federico Chiesa minn madwar 25 metru jkun imxellef minn Milan Skriniar u spiċċa fix-xibka. Inter skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fis-77 minuta meta f’azzjoni veloċi, DANILO D’AMBROSIO ħabbat il-ballun ma’ Icardi, ikkontrolla l-ballun u għeleb lil Lafont b’xutt fil-baxx.
//= $special ?>