Il-Prim Ministru Żvediż Stefan Lofven se jkollu jwarrab wara li tilef l-appoġġ li kellu fil-Parlament ta’ Stokkolma.
Il-Partit Demokratiku tal-Iżvezja (SD), li jopponi l-immigrazzjoni, appoġġja l-vot biex jitneħħa Lofven u li sar xi ġimgħat wara l-elezzjoni ġenerali fil-pajjiż li ma produċiet l-ebda rebbieħ ċar.
Fil-vot drammatiku tallum, 204 deputati vvutaw kontra Lofven waqt li 142 ivvutaw favur.
Intant, l-iSpeaker tal-Parlament, ‘il quddiem, għandu jipproponi mexxej ġdid, bil-proċess kapaċi jdum għaddej il-ġimgħat.
Hu minnu wkoll li Lofven mistenni jkompli bħala aġent Prim Ministru sakemm tittieħed deċiżjoni dwar is-suċċessur tiegħu.
Lofven, li għandu 44 sena u li jmexxi lis-Soċjal Demokratiċi taċ-ċentru-xellug, kien tela fil-poter fl-2014. Intant, l-alleanza tiegħu taċ-ċentru-xellug kienet rebħet 144 siġġu fl-elezzjoni ta’ dan ix-xahar u għandha biss vantaġġ ta’ siġġu wieħed fuq l-Oppożizzjoni taċ-ċentru-lemin.
L-ebda waħda mill-entitajiet politiċi ewlenin tal-Iżvezja mhuma jippjanaw biex jiggvernaw mal-SD li hu t-tielet l-akbar partit fil-Parlament.
Sadanittant, hemm ċans tajjeb li Ulf Kristersson, il-kap tal-Moderati, ‘il quddiem jieħu responsabbiltà bħala Prim Ministru tal-Iżvezja. Iżda filwaqt li ħafna osservaturi jqisu lil Kristersson bħala ‘il-favorit’ li jifforma Gvern ġdid fi Stokkolma, jista’ ikun il-każ li deputati oħrajn – fosthom Stefan Lofven – ikun imisshom din l-opportunità f’każ li Kristersson ifalli fit-tentattiv.
//= $special ?>

