Il-qawwiet tal-baħar tal-Libja rnexxielhom isalvaw talanqas 235 immigrant ta’ nazzjonalità differenti, waqt tliet missjonijiet ta’ fejda li saru fl-ibħra lejn il-Punent tal-pajjiż.
Il-Brigadier Ġeneral Ayoub Qasim, il-kelliem għan-Navy Libjan, sostna li l-ewwel missjoni ta’ salvataġġ saret f’zona viċin l-inħawi ta’ Al Bouri ( fejn jipproduċu ż-żejt) u ħamsin mil lejn it-Tramuntana tal-belt ta’ Zwara.
Ir-rapporti qalu li, f’dan il-każ, madwar 50 immigrant illegali, fosthom seba’ nisa u tfajjel, kien salvati minn dgħajsa tal-injam li ntlemħet f’nofs ta’ baħar.
It-tieni missjoni ta’ salvataġġ seħħet lejn it-Tramuntana tal-belt ta’ Al-Khoms, fil-Lvant tal-kapitali Tripli, fejn il-qawwiet tal-baħar Libjani tellgħu 90 immigrant illegali li kienu qed jivvjaġġaw f’dinghy.
It-tielet missjoni ta’ fejda seħħet fl-ibħra lejn il-Majjistral ta’ Al-Khoms u fiha salvaw 100 immigrant, li fosthom kien hemm disa’ Libjani.
L-immigranti kienu provduti b’għajnuna medika u umanitarja qabel kienu trasferiti lejn iċ-ċentru għall-immigranti f’Tajoura.
//= $special ?>

