Kawża tas-sistema l-ġdida tat-trasport fl-iskejjel, inħolqot problema oħra, din id-darba fis-sfera tat-turiżmu.
L-assoċjazzjoni għall-Ivjaġġar u l-Aġenti tat-Turiżmu, fi stqarrija spjegat illi jinsabu kkonċernati ħafna rigward l-impatt li se jkun qed jirriżulta mis-sistema l-ġdida tat-trasport.
Diversi operaturi tal-coaches avżaw lill-aġenti tat-Turiżmu li l-coaches m’għadhomx disponibbli qabel id-9am, u bejn 1:45pm u l-4pm fil-ġranet tal-iskola. Riżultat ta’ dan se tinħolqilhom problema u ġenn fil-programmi tal-eskursjonijiet tagħhom.
Din ir-restrizzjoni ser tkun qed taffetwa lill-aġenti b’mod negattiv għall-aħħar għaliex issa ma’ wiċċhom għandhom problema biex jissodisfaw l-obbligazzjonijiet legali u kuntrattwali li għandhom mal-klijenti tagħhom.
L-assoċjazzjoni qed tappella lill-awtoritajiet sabiex jaġixxu b’mod li jaġevola u jinċentiva l-importazzjoni u l-operazzjoni ta’ coaches minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, fuq bażi staġjonali li jilqa’ għaż-żieda fid-domanda.
Dan jassigura li t-turiżmu, b’mod speċjali s-sezzjoni tal-cruise liners, ma jkunx qed jiddgħajjef.
//= $special ?>