Ħaddiem ta’ 47 sena minn Wied il-Għajn kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ndarab fuq il-post tax-xogħol.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-1600HRS ġewwa fabbrika fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far hekk kif għal xi raġuni mhux magħrufa waqa’ travu tal-ħadid fuq il-vittma.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo li ordnat li ssir inkjesta filwaqt li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>