Kmieni dalgħodu diversi dgħajjes spiċċaw vittmi tar-riħ qawwi li qed jaħkem il-kosta Maltija.
Fix-Xemxija (ritratt) dgħajsa spiċċat inqatgħet minn mal-ħbula b’riżultat li għerqet f’nofs il-bajja.
Dan it-temp u r-riħ qawwi mistenni jippersisti għall-kumplament tal-ġimgħa. Fil-fatt, ir-riħ mistenni jlaħħaq Forza 8, b’mewġ li jitla’ għoli ta’ 5 metri.
It-temp mistenni jerġa’ ikun sabiħ nhar il-Ġimgħa li ġej.
//= $special ?>