Lokali

Jippersisti r-riħ qawwi; dgħajsa tegħreq fix-Xemxija

Kmieni dalgħodu diversi dgħajjes spiċċaw vittmi tar-riħ qawwi li qed jaħkem il-kosta Maltija.

Fix-Xemxija (ritratt) dgħajsa spiċċat inqatgħet minn mal-ħbula b’riżultat li għerqet f’nofs il-bajja.

Dan it-temp u r-riħ qawwi mistenni jippersisti għall-kumplament tal-ġimgħa. Fil-fatt, ir-riħ mistenni jlaħħaq Forza 8, b’mewġ li jitla’ għoli ta’ 5 metri.

It-temp mistenni jerġa’ ikun sabiħ nhar il-Ġimgħa li ġej.