Futbol Sport

Manchester United eliminati mil-League Cup bl-għoti tal-penalties

Manchester United kienu eliminati mit-Tielet Rawnd tal-Carabao Cup meta sfaw eliminati minn Derby bl-għoti tal-pentlies wara li l-logħba sad-90 minuta ntemmet 2-2.

Ir-Red Devils kienu fetħu l-iskor wara biss tliet minuti minn Mata iżda Derby ġabu d-draw fid-59 minuta b’xutt mid-distanza ta’ Harry Wilson. Manchester United komplew il-logħba b’raġel anqas fis-67 minuta meta tkeċċa l-gowlkiper Sergio Romero.

Derby marru minn fuq fis-86 minuta b’gowl ta’ Jack Marriott iżda Marouane Fellaini salva parzjalment ir-riżultat fil-95 minuta.

Ir-regoli tal-kompetizzjoni jgħidu li ma jkunx hemm ħin barrani u b’hekk il-logħba kellha tkun deċiża bil-penalties. Iż-żewġ timijiet skorjat seba’ penalties biex wara li skorja Keogh skorja, Phil Jones ra l-penalty ikun salvat minn Carson.

EFL Cup – It-Tielet Rawnd

B’mouth v Blackburn    3-2

Blackpool v QPR           2-0

Burton v Burnley           2-1

Millwall v Fulham         1-3

Oxford v Man City        0-3

Preston v M’brough      2-2

(M’brough rebħu 4-3 bil-penalties)

Wolves v Leicester         0-0

(Leicester rebħu 3-1 bil-penalties)

Wycombe v Norwich     3-4

Man United v Derby      2-2

(Derby rebħu 8-7 bil-penalties)

WBA v C. Palace             0-3