“Meta għalaqt 40 sena ħassejt li xi ħaġa inbidlet fija. U kien f’dan il-mument li ddeċidejt illi naħdem fuqi innifsi”. Hekk stqarr l-awtur tal-ktieb #Forty, Jonathan Shaw f’intervista ma’ dan is-sit ftit tal-jiem wara li ħareġ l-ewwel ktieb tiegħu.
“Illum għandi 45 sena. Sirt aktar konxju tal-ħajja u ħassejt li anka jekk kollox kien sejjer tajjeb kien hemm xi haga nieqsa. Ta’ xi 42 sena waqaft milli kont qiegħed nagħmel u ix-xogħol li kont involut fih, u ddeċidejt li nieħu ħin liberu biex naħdem fuqi nnifsi. Hemmhekk sibt ruħi nikteb il-ħsibijiet tiegħi fuq ‘lezzjonijiet tal-ħajja’ u kunċetti ta’ ħsibijiet li wieħed importanti jkun konxju tagħhom.
Bdejt nikteb għalija bħala zvog u notebook personali, u mhux biex nippublika ktieb.”
Jonathan Shaw jitkellem ukoll dwar il-bidla, li hu jqisa bħala opportunita’ biex jikber u jevolvi. “Kull wieħed u waħda minnha għandu l-poter li joħloq din il-bidla, iżda din ma issirx weħidha.
Meta taqbeż l-40 teknikament (jekk tqis li wieħed jgħix medja sa 76) tkun diġa’ qbiżt in-nofs ta’ ħajtek…għalhekk jrkk tkun konxju ta’ dan tista’ toħloq bidla fejn tħoss li hemm bżonn.”
Dan il-ktieb ta’ Shaw mhux bijografija iżda isspirat ħafna minn esperjenzi personali tiegħu.
“Domt niktbu xi disa’ xhur, iżda imbagħad żewġt iħbieb fis-settur tal-kitba u l-ġurnalizżmu raw xi ktibt u hajruni li nippublikah bħala ktieb.” Fil-fatt, il-ktieb diġa’ ħareġ u jinsab disponibbli.
Il-ktieb tfassal b’mod li l-kapitli ma jimxux wieħed wara l-ieħor, bħal donnu ma hemmx ordni kronoloġiku. Shaw qalilna li dak kien propju l-iskop – li wieħed jaqbad u jaqra kunċett skont l-aptit. “Wieħed tajjeb li jaqra il kunċetti, iżda importanti wkoll li jqatta’ ħin ta’ ħsieb fun eżerċizju mentali li joħroġ minn kull kapitlu. Hekk il-kunċett u il-ħsieb tal-qarrej isiru personali, u skont l-esperjenza tal-qarrej.”
Fl-intervista ma’ dan is-sit, Jonathan Shaw qalilna li l-eta’ ma tinkwetahx. U stqarr ukoll li fil-futur jixtieq jippubblika aktar kotba.
ISEM: Jonathan Shaw
ETA’: 45 sena
JOQGĦOD: Tas-Sliema
PASSATEMPI: Sports, għawm u ġiri
ANNIMALI DOMESTIĊI: 2 klieb u 2 qtates
MUŻIKA FAVORITA: Varjata skont il-burdata
KWOTAZZJONI: We lose ourselves in books. We find ourselves there too.
Il-ktieb #Forty hu pubblikazzjoni ta’ Midsea Books
//= $special ?>