Lokali Saħħa

Nhar is-Sibt jidħlu fis-seħħ direttivi fl-isptarijiet kollha

Il-Gvern għadu ma tax id-dokument finali

Il-Malta Union of Midwives & Nurses (MUMN) kitbet lis-Segretarji Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa u l-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta Soċjali fejn ipprotestat għall-fatt li l-MUMN ilha tistenna 4 ġimgħat biex il-Gvern jibghat id-dokument finali dwar il-Ftehim Kollettiv tal-infermiera u l-qwiebel.

L-MUMN ma tistax taċċetta li tigi stmata b’dan il-mod u infurmat liż-żewg Ministeri li jekk sa nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru id-dokument imsemmi ma jasalx għand l-MUMN, in-Nurses u l-Midwives kollha li jaħdmu fuq iż-żewġ gzejjer ser ikunu qed isegwu numru ta’ Direttivi Industrjali fl-isptarijiet, djar ta’ l-anzjani, ċentri tas-sahha u postijiet oħra tax-xogħol b’effett minn nhar is-Sibt 29 ta’ Settembru mis-7am ‘il quddiem.