Il-plejer internazzjonali Rachel Cuschieri illum se tirritorna fl-azzjoni wara injury li ħallietha barra mil-logħob għal 7 xhur sħaħ. Fuq Facebook, Cuschieri kitbet li tinsab eċitata biex tagħmel dan ir-ritorn, hekk kif hi magħżula mal-iskwadra ta’ PSV għal logħba ta’ ħbiberija.
Rachel Cuschieri kienet tilfet il-kumplament tal-istaġun wara li weġġgħet fit-taħriġ ma’ Anderlecht. Hi weġġgħet il-qasba ta’ sieqha.
L-operazzjoni li għamlet fi Frar f’sieqha kienet marret tajjeb, u minn dak iż-żmien kompliet bit-taħriġ biex tirritorna għall-futbol regolari.
