Sport Sport Ieħor

Valletta Lions Table Football Club ikabbru s-settur taż-żgħażagħ tagħhom

Is-Sibt li għadda fil-Belt Valletta, il-klabb tat-table football Valletta Lions TFC organizza Open Day kif ukoll żewġ tournaments għal tfal ta’ taħt il-15-il sena. F’din l-attività kien hemm interess mill-pubbliku, bl-attakkant ta’ Valletta FC Matteo Piciollo jkun il-mistieden speċjali tal-attività.

Il-klabb ħabbar ukoll l-akkwisti li għamel għal dan l-istaġun. Fis-settur tal-kbar huma akkwistaw lil Mario Camilleri filwaqt li l-klabb kabbar is-settur taż-żgħażagħ bl-introduzzjoni ta’ Kayden Barun, Jayden Bonnici, Luca Carbonaro, Ian Celeste, Yessous Diacono u Thomas Ebejer.