Aktar minn 50,000 flixkun ta’ xorb tal-alkoħol b’kuntrabandu li ġew maqbuda mid-Dwana se joħorġu għall-bejgħ b’offertà.
L-eluf tal-fliexken ivarjaw bejn whisky, vodka, gin, bacardi, brandy, rum, xampanja, inbejjed, u birer. Dawn ġew maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur. Ma dawn se jkunu qed joħorġu wkoll għall-bejgħ bl-offerta 5 lottijiet ta’ sigaretti u sigarri.
Il-bejgħ se jsir fil-5 ta’ Ottubru f’nofsinhar. Uħud mill-oġġetti qiegħdin jinżammu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa, filwaqt li oħrajn jinsabu f’Barriera Bonded Stores, fix-Xatt tal-Belt Valletta.
//= $special ?>