Lokali

FILMAT: Il-ħtiġijiet tan-nies fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali – Adrian Delia

Il-Kap tal-PN jindirizza lill-kandidati tal-Kunsilli Lokali

Il-ħtiġijiet ta’ kull ċittadin għandhom ikunu l-qofol tal-ħidma ta’ kull kunsillier lokali għaliex nesiġu li kull persuna tgħix f’soċjetà li jimpurtaha. Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, f’indirizz lill-kandidati kollha għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’Mejju li ġej f’waħda minn sensiela ta’ laqgħat ta’ tħejjija l-Erbgħa filgħaxija.

F’messaġġ ta’ kurraġġ u determinazzjoni, Adrian Delia ħeġġeġ lill-kandidati jagħmlu l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista tagħhom, biex bħala ambaxxaturi tal-Partit iwassluh bieb biex f’kull familja u joffru tama lill-Maltin kollha li għad ngħixu f’soċjetà li jimpurtaha. Kull kandidat irid jagħti l-almu tiegħu biex jiġbed ħabel wieħed u jitwassal dan il-messaġġ biex jinkiseb ir-riżultat mixtieq mill-Maltin ta’ rieda tajba. Il-kunsilliera lokali qiegħdin hemm biex iserrvu lin-nies mingħajr ma jħarsu wiċċ ħadd.

Fid-diskors tas-Segretarju Ġenerali, Clyde Puli, huwa li tkellem fuq l-importanza ta’ tiġdid fil-Partit sabiex jiknsibu r-riżultati meħtieġa. Evidenti fosthom kienu t-tibdiliet għall-aħjar fil-media tal-Partit Nazzjonalista u fl-AŻAD li qed jibdew iħallu l-frott mixtieq. Huwa temm jappella lill-kandidati biex jindividwaw il-problemi fil-lokalitajiet, jindirizzawhom u jesponu l-problemi ġejjin mill-Gvern ċentrali sabiex dawn jiġu ndirizzati.

Il-laqgħa ġiet indirizzata ukoll minn Charles Bonello, koordinatur tal-Kunsilli Lokali, Pierre Portelli, President tal-Kulleġġ Kunsilliera, Mark Anthony Sammut, President tal-Eżekuttiv, u Robert cutajar, Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali. Ilkoll ħeġġew lill-kandidati biex iżommu kuntatt viċin mal-kostitwenti kollha biex jiġu ndirizzati l-ħtiġijiet tagħhom.