Lokali

Iġarrab ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Ritratt: Martin Agius

Sewwieq ta’ mutur mill-Isla kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ fis-12.45pm fi Triq Sa Maison, fil-Furjana hekk kif għal xi raġuni mhux magħrufa, r-ragel ta’ 45 sena tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Daelim Daystar.

Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.