Lokali

Il-Ħadd li ġej Maratona ġbir ta’ fondi

Il-Ħadd li ġej, il-Partit Nazzjonalista se jorganizza maratona ġbir ta’ fondi fid-Dar Ċentrali. Maratona li se tkompli ssaħħaħ il-vuċi tal-Partit fil-ġlieda għas-sewwa. It-tema tal-maratona se tkun “Soċjetà li jimpurtaha”.

NetNews tkellem mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli fejn tenna l-appell tiegħu għal din il-maratona.Huwa fost l-oħrajn qal li maratoni bħal dawn ikomplu jsaħħa l-investiment tal-Partit fil-midja, settur li tant huwa importanti biex jitwassal u jisaħħaħ il-messaġġ tal-Partit.

Huwa tkellem ukoll fuq il-Future Leaders huwa wieħed minn diversi inizjattivi fil-proċess ta’ tiġdid li qed isir fil-Partit Nazzjonalista. Wara d-deċiżjonijiet li ttieħdu fil-Kunsill Ġenerali ta’ Mejju li għadda, l-Partit Nazzjonalista niżżel l-età tat-tesserament għal 14-il sena u twaqqfet il-fergħa l-ġdida Team Start għal żgħażagħ adolexxenti u qed jiġi assigurat li tal-inqas 14-il membru fil-Kumitat Eżekuttiv tal-partit ikunu żgħażagħ.

Clyde Puli qal li l-partitarji dejjem taw kontribut mill-aqwa għal kull maratona u jemmen li l-Ħadd li ġej is-somma miġbura se tkun waħda sabiħa bil-ħidma u s-suċċess ta’ kull voluntier. Hawn ma naqasx ma jroddx il-ħajr lill-voluntiera kollha tal-Partit Nazzjonalista, kemm dawk li jkunu d-Dar Ċentrali, u kemm dawk li jaħdmu madwar Malta u Għawdex.

Il-maratona nhar il-Ħadd 30 ta’ Settembru tibda fis-2pm u tibqa’ għaddejja matul il-ġurnata kollha sa nofsillejl bi spettaklu u xandira diretta fuq NET Television, NET FM u Facebook Live