Illum bdiet sena skolastika ġdida għal bosta studenti u kif ukoll issoktat il-ħidma għal bosta edukaturi u għalliema. Bil-bibien tal-iskejjel issa miftuħa, wieħed jinnota l-fatt li għadd hemm numru ta’ postijiet ta’ għalliema li għadhom vakanti.
Għamilna kuntatt ma’ Marco Bonnici, il-President tal-MUT fejn qalilna li bħas-sena l-oħra, din il-problema qed tkompli tippersisti bil-Gvern iħares lejn din il-problema tard wisq. Skont l-Union tal-Għalliema, l-MUT, il-Gvern għal darb’oħra kkalkula ħażin in-numru ta’ edukaturi li hem bżonn biex ikopru l-postijiet kollha ta’ tagħlim fl-iskejjel tal-Istat. Minħabba dan in-nuqqas, il-pressjoni fuq l-għalliema qiegħda dejjem tiżdied hekk kif ix-xogħol tagħhom żdied b’mod drastiku biex ipattu għan-nuqqas ta’ għalliema disponibbli.
Bonnici stqarr magħna li minħabba din il-problema ta’ nuqqas, li tinsab l-aktar fi skejjel sekondarji, din qed ixxekkel il-ħidma tat-tagħlim. Huwa qal li huwa inkwetanti ferm li f’każ li għalliema tkun ma tiflaħx, din toħloq problemi kbar.
Għalkemm hemm nuqqas ta’ studenti din is-sena, mqabbla mas-snin preċidenti, dan in-nuqqas jidher li ma ħelisx ftit lill-edukaturi mill-piż li diġà għandhom.
Problema oħra hija li x-xogħol li kelli jsir fil-laboratorji, baqa’ ma sarx, bl-għalliema jsibu sfida oħra iebsa quddiem wiċċhom. Il-President tal-MUT qalilna li dan qed ixxekkel it-tgħallim tal-istudenti għax ma jistax isir l-użu ta’ dawn il-laboratorji li huma essenzjali għat-tgħallim għal numru ta’ suġġetti b’rabta max-xjenza.
Fid-dawl ta’ dan, għalkemm hemm nuqqas ta’ studenti din is-sena, mqabbla mas-snin preċidenti, dan in-nuqqas jidher li ma ħelisx ftit lill-edukaturi mill-piż li diġà għandhom. Ta’ min jinnota li fost l-ikbar tnaqqis reġistrat hemm dak fl-istudenti li se jibdew l-iskola fil-livell tal-kindergarten, bi tnaqqis ta’ 651 student mid-9,382 li bdew il-kindergarten is-sena li għaddiet. It-tnaqqis f’livell ta’ primarja kien ta’ 313-il student waqt li f’livell sekondarju l-istudenti naqsu b’137 student. B’kollox it-total ta’ studenti fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex sa qabel il-livell post sekondarju naqas għal 55,530. Dan ifisser tnaqqis ta’ 827 student, hekk kif is-sena li għaddiet in-numru ta’ studenti kien ta’ 56,357.
Fl-istess waqt in-numru ta’ edukaturi li se jkunu qed jagħtu kontribut fil-qasam akkademiku madwar l-iskejjel kollha huwa ta’ 10,366, li 5,574 minnhom huma għalliema, 3,528 learning support assistants (LSAs), u 709 kindergarten assistants.
Fl-ewwel jum kien hemm każijiet oħra li xejn ma fissru tajjeb għas-sena skolastika ġdida. In-Nazzjon irċeviet numru ta’ ilmenti m’għand ġenituri fejn qalulna li t-tfal tagħhom waslu tard għall-iskola minħabba li l-minibuses tat-trasport tal-Gvern waslu tard ħafna, bit-tfal tħallew jistennew barra. Każ partikolari li jeħodna f’Ħal Tarxien intqal li l-ġenituri ċemplu fil-bidu tas-sajf għat-transport u baqgħu b’xiber imnierħ bl-operatur joffri li jwassal lil uliedhom l-iskola, iżda ma jistax iwassalhom lura d-dar.
Każ ieħor huwa li tfal tal-kindergarten li għandhom bżonn transport, l-operaturi konċernati qalulhom li jistgħu biss jgħaddu għalihom bejn il-5.30am u s-5.45am. Dan ġie msejjaħ mill-ġenituri ħin redikolu għal tfal ta’ dik l-età biex ikunu qed jistennew barra għall-iskola.
Segwi hawn:
//= $special ?>“Awguri lill-istudenti u l-għalliema li qed jibdew is-sena skolastika tagħhom” – PN