Jisimha Luana t-tifla ċkejkna li lbieraħ mietet traġikament f’Baħar iċ-Ċagħaq wara li waqgħet f’taraġ ta’ dar privata. It-tifla hi wild ta’ koppja mill-Iżvizzera, residenti Malta.
Minn informazzjoni ġdida li waslet għand Net News, kien konfermat li t-tifla waqgħet għoli ta’ aktar minn 4 sulari, u ġiet fuq darha.
Il-każ seħħ fi Triq il-Lampara, li tinsab wara l-Knisja ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.
It-tifla, li jisimha Luana, kellha 17-il xahar u hi tewmija.
Sorsi qed jgħidu li d-dar fejn seħħet it-traġedja hi tan-nanniet tat-tifla.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>