Fi stqarrija maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar, kienet ikkonfermata l-istorja li kienet l-awtorità stess li bgħatet ajruplan għal Jacqueline Gili u dan bl-approvazzjoni ta’ Johann Buttigieg, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Fl-istqarrija, li magħha kellha annessa rċevuta tat-titjira ngħad li dan il-vjaġġ sewa lill-Awtorità tal-Ippjanar is-somma ta’ €8,750.
L-Awtorità qalet li Jacqueline Gili kienet infurmat lill-Awtorità tal-Ippjanar meta kienet ħarġet id-data tal-lagħqa li kienet se tkun imsiefra u għalhekk minflok talbet lil Gili biex tħassar il-btala l-Awtorita tal-Ippjanar iddeċediet li tibgħat ajruplan għaliha.
Fl-istqarrija ingħad ukoll li l-ammont imħallas ma kellux bżonn l-approvazzjoni tal-Gvern u għalhekk kien iċ-Chairman Eżekuttiv Johann Buttigieg li approva dan il-ħlas. B’kollox il-laqgħa pubblika ġiet tiswa lill-awtorità tal-Ippjanar €25,000.
Aktar kmieni storja fil-MaltaToday żvelat kif iċ-Chairman tal-Bord, Vince Cassar qal li dak li ġara kien bla preċedent u saħaq li ma jaqbilx mad-deċiżjoni mittieħda mill-Awtorità tal-Ippjanar li jibgħat ajruplan għal Gili.
Mistoqsijiet mibgħuta minn NET News baqgħu mhux imwieġba.
//= $special ?>