Liverpool sfaw eliminati mit-Tielet Rawnd tal-Carabao Cup meta tilfu 2-1 kontra Chelsea. Għat-tim minn Merseyside din kienet l-ewwel telfa għalihom dan l-istaġun wara li kienu rebħu l-logħbiet kollha fil-kampjonat kif ukoll kontra PSG fiċ-Champions League. Iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu s-Sibt fil-Premier League.
It-tim ta’ Klopp kien mar fil-vantaġġ fid-59 minuta meta Caballero salva parzjalment xutt ta’ Naby Keita, bil-ballun jispiċċa għand Daniel Sturridge li b’ġest akrobatiku għeleb lill-gowlkiper Arġentin.
Chelsea ġabu d-draw fid-79 minuta meta minn free-kick, id-daqqa ta’ ras ta’ Ross Barkley kienet salvata parzjalment, b’Emerson ikun pront u jiskorja bir-rebound. It-tim ta’ Sarri skorja l-gowl tar-rebħa fil-85 minuta b’azzjoni personali mill-aqwa ta’ Eden Hazard li prattikament ħarbat id-difiża avversarja u spara wara Simon Mignolet b’xutt mill-aqwa.
EFL Cup – It-Tielet Rawnd
Arsenal v Brentford 3-1
Liverpool v Chelsea 1-2
Nott. Forest v Stoke 3-2
West Ham v Macclesfield 8-0
Tottenham v Watford 2-2
(Tottenham rebħu 4-2 bil-penalties)
//= $special ?>