Lokali Qorti

Tkompli l-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Hugo Chetcuti

Ritratt: Martin Agius

Fil-Qorti llum komplew jinstemgħu dettalji xokkanti relatati mal-assassinju tal-imprenditur Hugo Chetcuti hekk kif issoktat il-kumpilazzjoni. Fl-awla isegwi din it-testimonjanza kien hemm l-akkużat Bojan Cmelik.

L-ewwel xhieda kienet Marisa Cassar li ppreżentat d-DNA li nstabet fuq ġisem il-vittma u d-DNA tal-vittma. Ittieħed kampjun tad-demm li kien fuq il-kappell u ż-żarbun li kien liebes l-akkużat u fuq l-ilbies tal-akkużat, u dan kollu qabel mad-demm tal-vittma. Ittieħdet ukoll id-DNA mill-manku tas-sikkina li qablet ma’ dik ta’ Hugo Chetcuti, iżda mhux ma’ ta’ Bojan Cmelic.

L-esperti forensiċi tkellmu fuq l-awtopsja li għamlu fuq Hugo Chetcuti fit-13 ta’ Lulju, Il-kawża tal-mewt ġiet iċċertifikata li kienet infezzjoni ġenerali li tinxtered fid-demm. L-imsaren kellhom perforazzjonijiet fihom, li nħolqu meta l-istonku tal-vittma tniffed mis-sikkina.

L-Ispettur Nikolai Sant qed imexxi l-Prosekuzzjoni, filwaqt li l-avukati Ismael Psaila u Marc Sant qed imexxu d-defiża. L-avukat Joe Giglio qed jidher parte civile. Il-każ ġie diferit għas-26 t’Ottubru.