Lokali

TWISSIJA: Baħar qawwi se jiddomina ż-żoni tal-għawm matul il-ġurnata

Is-sezzjoni tas-salvataġġ fil-baħar fi ħdan l-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) qed twissi lill-għawwiema kollha dwar kundizzjonijiet perikolużi minħabba baħar qawwi f’żoni tal-għawm.

Ir-riħ qawwi mill-Majjistral se jaffettwa l-bajja ta’ Marsalforn, ir-Ramla il-Ħamra u bajjiet Għawdxin oħra bħal Daħlet Qorrot u San Blas, flimkien mal-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna.

L-ERRC qalet li hu importanti li l-għawwiema jieħdu l-prekawzjonijiet kollha u jsegwu it-twissijiet f’dawk il-bajjiet bil-lifeguards.

L-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) ija organizzazzjoni volontarja, karitatevoli u mhux għall-profitt li għandha l-għan ewlieni li tipprevjeni u tiffaċilita sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinvolvu persuni f’riskju.