Il-Ġermanja se tospita l-finali tal-futbol ta’ Euro2024 wara li għelbet it-tentattiv tat-Turkija għal dan l-unur.
L-aħħar darba li l-Ġermanja — dak iż-żmien il-Ġermanja tal-Punent — ospitat il-Kampjonati Ewropej għall-Pajjiżi kienet fl-1988, meta l-edizzjoni kienet intrebħet mill-Olanda.
Intant, il-kompetizzjoni tal-2024 se tkun l-ewwel waħda ewlenija li se torganizza l-Ġermanja mit-Tazza tad-Dinja tal-2006 ‘il hawn.
Il-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin, qal, f’Nyon ( fejn kienet ikkonfermata l-għażla) li l-UEFA kellha quddiema għażla diffiċli u li l-offerti tal-Ġermanja u t-Turkija kienu t-tnejn ‘validissimi’. Hu saħaq ukoll li l-proċedura tal-għażla kienet waħda trasparenti minbarra li bbażat fuq votazzjoni demokratika.
//= $special ?>