Lokali Qorti

Iqajjem kjass fuq l-ajruplan wara li sab xagħra fl-ikel

Beda jitkellem ħażin iżda qatt ma kien vjolenti

Raġel li kien passiġġier fuq titjira lejn Malta spiċċa b’sentenza sospiża wara li ħoloq storbju meta sab xagħra fl-ikel. Ir-raġel jismu Christopher Charles Collins hu għandu 45 sena.

Dalgħodu, Collins deher il-Qorti quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud fejn fost l-oħrajn kien akkużat li kien xurban fuq ajruplan u li uża lingwaġġ ħażin.

Il-Qorti semgħet li l-każ beda meta Collins sab xagħra fil-platt waqt titjira lejn Malta minn Luton ilbieraħ filgħaxija. Ir-raġel kien qed jixrob u injora l-istruzzjonijiet tal-ekwipaġġ biex jieqaf mix-xorb. Apparti dan, hu uża lingwaġġ abbussiv u beda jkun sarkastiku.

Id-difiża ta’ Collins qalet li dan kien inċident u li Collins jiddispjaċih għal dak li ġara. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat qatt ma kien vjolenti f’għemilu.

Il-Maġistrat Mifsud innota li affarijiet bħal dawn jissolvew fil-kalma u li x-xorb jagħraq is-sitwazzjoni. Huwa qal lil Collins li din l-imġiba mhux aċċetabbli u setgħet waslet għal konsegwenzi serji.

Il-Qorti sabet lil Collins ħati u tatu sentenza ta’ tliet xhur ħabs sospiżi għal sena.

Għar-raġel deher l-avukat Franco Debono.