Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ sular għal fuq il-ġebel

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Raġel ta’ 66 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’Tal-Ħlas f’Ħaż-Żebbuġ għall-ħabta tas-7.15 ta’ dalgħodu.

L-inċident seħħ hekk kif għal xi raġuni, ir-raġel residenti Ħaż-Żebbuġ tilef il-bilanċ waqt li kien qed jaħdem ġo għalqa u waqa’ għoli ta’ madwar sular, b’riżultat li spiċċa fuq il-ġebel.

Fuq l-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza biex jassistuh, filwaqt li ttieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.