Lokali

Isofru xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku

Żewġ persuni qed isofru minn diversi feriti hekk kif kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tat-8.30 ta’ dalgħodu fix-Xagħra Għawdex.

L-inċident seħħ hekk kif għal xi raġuni kien hemm impatt bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 25 sena u mutur misjuq minn raġel Ingliż ta’ 47 sena. Passiġġiera fuq il-mutur kien hemm mara Ingliża ta’ 35 sena.

Fuq il-post issejħu tim medikun biex jassisti lill-Ingliżi, fejn iktar tard ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza għal iktar kura.

Is-sewwieq tal-mutur ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.

Dan huwa t-tielet inċident li jinvolvi vittmi li kienu sewwieq jew passiġġiera fuq mutur.