Ir-residenti tal-blokka appartamenti f’Baħar iċ-Ċagħaq fejn jumejn ilu mietet it-tifla ta’ 17-il xahar, iltaqgħu biex jikkunsidraw tibdil fl-istruttura tar-railing li jagħti għall-bitħa interna li tifforma parti minn dan il-kondominju. Net News hu infurmat li għal din il-laqgħa attendew ir-residenti kollha tal-blokka. Dan wara li t-tifla allegatament waqgħet għal isfel kaġun tal-fatt illi kien hemm spazju bejn l-art u l-istess railing.
Sorsi qalulna li fil-post kien hemm ukoll Surġent u numru ta’ persuni li qed jgħinu fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-vittma ċkejkna jisimha Luana u hi wild ta’ koppja mill-Iżvizzera. In-nanniet tat-tifla, li joqgħodu f’dan l-appartament, huma residenti Malta.
It-tifla waqgħet għoli ta’ aktar minn 4 sulari, u ġiet fuq darha.
Il-każ seħħ fi Triq il-Lampara, li tinsab wara l-Knisja ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.
//= $special ?>