Libjan ta’ 35 sena jinsab f’kundizzjoni kritika hekk kif għal ħabta ta’ 12.10 kellu bżonn l-assistenza medika f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Qawra.
Għall-ħabta ta’ 12.10 seħħ inċident hekk kif ir-raġel residenti San Pawl il-Baħar waqa’ madwar erba’ sulari għoli fi Triq Andrew Cunningham, il-Qawra.
Fuq il-post ġew imsejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistuh u kif ukoll ambulanza biex tieħdu l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joseph Mifsud li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>