Internazzjonali

Jirriżenja mix-xandir nazzjonali minħabba indħil politiku

Justin Milne rriżenja minn kap tal- Australian Broadcasting Corporation (ABC), ix-xandir nazzjonali Awstraljan, wara allegazzjonijiet ta’ indħil politiku.

Dan wara li Milne kien akkużat li pprova jkeċċi ġurnalisti li ma kinux jaraw għajn b’għajn mal-Gvern Awstraljan.

Milne qal li kien irriżenja biex itaffi l-pressjoni minn fuq ix-xandir nazzjonali filwaqt li l-Gvern ċaħad li kien għamel pressjoni fuq l-ABC. Michelle Guthrie, il-managing director tal-ABC, kien tkeċċa mill-kariga nhar it-Tnejn.

L-ABC hi finanzjati minn fondi pubbliċi imma għandu indipendenza editorjali li hi protetta. Bħala xandar nazzjonali dan għandu dover legali li jippreżenta l-aħbarijiet b’mod imparzjali u ħieles minn indħil politiku.

Milne hu eks sħab fin-negozju tal-eks Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull li rriżenja reċentament.