Lokali

Jitlef il-kontroll tal-mutur

Inċident bil-mutur ħalla raġel ta’ 29 sena isofri minn feriti gravi f’inċident li seħħ f’San Ġwann għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu.

L-inċident seħħ hekk kif għal xi raġuni s-sewwieq residenti Ħal Qormi tilef il-kontrol tal-mutur tiegħu u nqaleb fi Vjal ir-Riħan, f’San Ġwann.

Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu r-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Dan huwa t-tieni inċident li involva mutur matul il-ġurnata tal-illum.