Lokali

JITQAWWA R-RIĦ: Appell biex in-nies jevitaw il-Fossa

Kmieni dalgħodu l-Pulizija ħarġet appell sabiex is-sewwieqa jevitaw iz-zona magħrufa bħala Il-Fossa fil-Belt. Dan minħabba l-mewġ kbir li qed jitilgħu sa Triq il-Lanċa, kaġun tar-riħ qawwi.

Ir-riħ illum mistenni jlaħħaq il-qawwa ta’ Forza 8, bit-temperaturi li għall-ewwel darba dan ix-xahar se jinżlu taħt l-20 grad.

Għalkemm se jbatti xi ftit, ir-riħ se jibqa’ qawwi anke fi tmiem il-ġimgħa.